Il-Professur Charmaine Gauci rrimarkat li l-età medja ta’ persuni li ħadu l-infezzjoni tal-Covid-19 din il-ġimgħa kienet ta’ 38.9 sena.
Xi ħaġa pożittiva li fi kliem is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, turi li l-anzjani u dawk l-aktar meqjusa vulnerabbli fis-soċjetà, qegħdin jiġu protetti bil-vaċċin.
Fl-aġġornament mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li n-numru ta’ każijiet fid-djar tal-anzjani qegħdin stabbli fid-dawl li l-maġġoranza tar-residenti u l-ħaddiema issa tlaqqmu.
Charmaine Gauci qalet li l-ikbar ammont ta’ każijiet trasmessi fl-aħħar ġimgħa, huma persuni mill-istess dar, attivitajiet soċjali u fuq il-post tax-xogħol.