Għaddej ġmielu l-investiment ta’ kważi ħamsin miljun ewro mill-aġenzija Infrastruttura Malta għaddejja fuq il-Grand Harbour Clean Air Project. S’issa tpoġġew aktar minn tmien kilometri ta’ apparat, u hekk kif jitlesta l-proġett, il-vapuri fil-port il-kbir ikunu jisgtħu jitfu l-magni, u jieħdu l-elettriku mill-provvista fuq ix-xatt.
Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal kif il-ħidma ta’ Infrastruttura Malta li qed twassal biex pajjiżna qed ikun iżjed modern.
Huwa qal, “Dawn se jkunu qed jitgħu l-magni tagħhom u jaqilbu għall-elettriku, liema elettriku f’dan il-pajjiż nipproċuduh mill-gass naturali u allura huwa proġett ambjentali u ħa jkun qed juża enerġija nadifa għax hija xi ħaġa li llum ma teżistiex, anzi hemm l-inkonvenjent tal-emissjonijiet fil-Port il-Kbir u l-madwar.”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal kif dan il-proġett hu kofinanzjat minn Fondi Ewropej.
Huwa tenna: “Dan il-proġett illi permezz tiegħu l-vapuri se jkunu jistgħu jitfgħu l-magni u jaħdmu fuq l-elettriku li jingħata minn fuq l-art huwa proġett kofinanzjat b’fondi tal-Unjoni Ewropea li għalih ksibna aktar minn €21.9 miljun.”
Dan l-investiment se jfisser ukoll li madwar sbatax-il elf familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir se jkollhom arja aktar nadifa u se jonqos b’disgħin fil-mija t-tniġġis tad-dħaħen ta’ dawn il-vapuri.