Serb ta’ 42 u Maċedonjan ta’ 42 sena ġew arrestati b’rabta ma’ serqa li seħħet fil-11 ta’ Diċembru li għadda, f’ħanut li jinsab fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta.
Huma ġew arrestati fil-jiem li għaddew mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri flimkie mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (l-RIU).
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li s-Serb allegatament wettaq erba’ serqiet oħra waħdu fin-Naxxar, San Pawl il-Baħar u Ħal Qormi.
Iż-żewġ persuni qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana.
Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.