Id-deputat Prim Ministru ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-banek f’Malta u spjegalhom kif se jkun qed jaħdem il-Bank Nazzjonali għall-Iżvillupp. Bank li se jkun indipendenti u li se jkun qed jikkonċentra fuq żewġ prijoritajiet; li jagħti spinta lill-intrapriżi u li jintuża għall-proġetti tal-infrastruttura.
Il-bank għandu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, kif fakkar id-Deputat Prim Ministru, u se jibda bi €30 miljun f’kapital inizjali u jibqa’ tiela għal €200 milljun.
Quddiem rapreżentanti tal-banek, Grech spjega li t-twaqqif tal-bank se jagħmel tajjeb għad-diffikultajiet li banek Maltin stess kienu jiltaqgħu magħhom, fost oħrajn meta quddiemhom ikollhom proġetti kbar li diffiċli jkunu ffinanzjati.