Fl-aħħar sigħat fiequ 162 oħra mill-Coronavirus u feġġew 233 każ minn fost 3,654 test.
Dan ifisser li 93.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 6.3% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 709,336 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 84,129 doża. Minnhom, 29,749 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, mietu żewġ persuni li kienu pożittivi għall-Covid; anzjan ta’ erbgħa u tmenin sena u anzjana ta’ sitta u tmenin sena.