Sena ħabs sopiża għal tliet snin wara li nstab ħati li l-Ħadd darab gravi lis-sieħba tiegħu. L-akkużat huwa Anthony Zammit ta’ 43 sena li wieġeb ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih.
Zammit kien mixli li għall-ħabta ta’ 03.00a.m darab lis-sieħba tiegħu li tgħix fl-istess residenza magħha, wara ċ-ċertifikat minn tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa, l-akkużat kien mixli li kkaġunalha offiża gravi.
Il-ħati tpoġġa taħt ordni ta’ superviżjoni għal perjodu ta’ tliet snin filwaqt li jrid isegwi programm biex jindirizza l-problema ta’ rabja. Zammit kien ordnat ukoll li m’għandux jersaq lejn is-sieħba tiegħu.