Anzjana ta’ wieħed u tmenin sena mill-Qrendi tilfet ħajjitha wara li ttajret minn karozza fil-Qrendi stess waqt li kienet qed taqsam it-triq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ dalgħodu fi Triq it-Tempesta, fl-inħawi tal-Maqluba meta l-anzjana ntlaqtet minn karozza tat-tip Volkswagen Up misjuqa minn mara ta’ tletin sena residenti l-Imqabba.
Immedjatament wasal tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjana, iżda sfortunatament, il-vittma ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post mit-tabib tal-emerġenza.
Nifhmu li fil-ħin tal-inċident il-mara kienet qed iġorr kaxxa bil-pal tal-bajtar
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.