Fl-aħħar sigħat fiequ 192 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 263 każ minn fost 3,047 test.
Dan ifisser li 91.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 8.6% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 698,239 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 77,967 doża. Minnhom, 26,781 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjan ta’ 76 sena u raġel ta’ 57 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.