Slava Baldacchino ta’ 23 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti l-Ħadd, mixli li seraw mobile u li kiser il-kundizzjoniet tal-ħelsien mill-arreest li kellu imposti fuqu. Hu kien akkużat ukoll li huwa riċediv.
Baldacchino, li jaħdem f’ħanut tal-merċa f’Tas-Sliema, ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża tinnota wkoll li kkopera mal-Pulizija.
Fil-Qorti stess saru diversi tenattivi biex jikkuntattjaw lis-sieħba tal-akkużat, li jgħix magħha, għaliex ma kienx jaf l-indirizz. Hawn intqal ukoll li fl-aħħar jiem l-akkużat wera x-xeqqa li jidħol fi programm biex jiġġieled il-vizzju tad-droga.
Hu se jinżamm arrestat u l-każ se jkompli jinstema’ nhar it-Tnejn li ġej.