Libjan ta’ tlieta u erbgħin sena tressaq il-Qorti mixli li pprova jikkorrompi xhud biex tagħti xhieda falza.
Allegatament, l-akkużat qabbad lil terzi persuni jikkomunikaw mal-mara.
Il-Libjan, li kien akkużat ukoll bil-ħtif ta’ mara fl-elfejn u għoxrin, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.