Bosta persuni ngħaqdu kollha bħala komunità waħda biex inaddfu l-lokalità ta’ Birżebbuġa.
F’attività favur l-inklużjoni, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa flimkien mal-Ministeru għall-Inklużnoni, Aġenzija Żgħażagħ u Ħal Far Outreach, organizzaw tindifa fil-lokal bil-għan li ż-żgħażagħ jiksbu esperjenza ta’ integrazzjoni flimkien ma’ numru ta’ immigranti li jirrisjedu fiċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far.
B’kollox kien hemm madwar ħamsin persuna li ħadu sehem f’din it-tindifa fejn waqt din it-tindifa ħadu sehem ukoll il-Ministru Julia Farrugia Portelli, il-Viċi Sindku ta’ Birżebbuġa Scott Camilleri u l-Kunsilliera responsabbli mill-ambjent Maria Mifsud flimkien mal-immigranti, żgħażagħ minn Aġenzija Żgħażagħ, il-Community Police, il-komunità Sudaniża u studenti barranin minn NOHA.