Is-Sibt ingħatat l-aħħar tislima lill-Kaptan Sir Tom Moore f’funeral privat fejn setgħu jattendu biss tmienja minn qrabatu.
Matul il-funeral saret ukoll parata mis-suldati u tpoġġiet il-bandiera tar-Renju Unit fuq t-tebut tiegħu sabiex isellmu l-memorja ta’ dan il-veteran tal-Gwerra.
Il-Kaptan Sir Tom Moore miet fl-eta’ ta’ 100 sena fil-bidu ta’ dan ix-xahar waqt li kien pożittiv għal-Coronavirus.
Intant bint Moore, Lucy Teixeira u l-familja tiegħu stiednu lill-pubbliku sabiex jkunu parti mill-inizzjattiva ‘Trees for Tom’ u jħawwlu aktar siġar fil-memorja tiegħu.
Moore li kien veteran tal-gwerra, fil-bidu tal-pandemija kien ġabar tlieta u tletin miljun sterlina għas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa fir-Renju unit.
F’Lulju li għadda f’Windsor Castle saret investitura privata fejn ir-Reġina għamlitlu Kavallier.