Wara xi rapporti inkorretti f’sezzjonijiet tal-media, l-Uffiċċju tal-President jinforma li l-laqgħa privata bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u l-komunità Musulmana tal-istess lokalità, se jsir bl-iskop ewlieni sabiex jinħoloq spazju ta’ djalogu.
Rapporti inkorretti u spekulazzjonijiet oħra qed joħolqu firda fil-komunitajiet tagħna.
“Huwa parti mir-rwol tal-President ta’ Malta li jara li tirrenja l-għaqda u mhux il-firda, għax il-familji Maltin jixirqilhom jgħixu fil-komunitajiet rispettivi tagħhom, f’ambjent seren” sostna l-uffiċju tal-President fi stqarrija.