Tħabbret il-mewt ta’ Vince Farrugia, eks Direttur tal-GRTU, dik li llum tissejjaħ bħala l-Kamra tan-Negozji ż-Żgħar u Medji.
Huwa kien anki direttur eżekuttiv f’żewġ banek lokali.
Fl-2009 huwa kien kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Il-Kamra tal-Negozji Żgħar u Medji sellmet il-memorja tas-Sur Farrugia.
Intant fi stqarrija l-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija sellem il-memorja ta’ Vince Farrugia.
Il-Ministru Silvio Schembri qal li s-Sur Farrugia kien strumentali fil-qasam tan-negozju. Fakkar ukoll l-involviment tiegħu fejn ta kontribut siewi f’diskussjonijiet bejn ir-rappreżentanti tal-GRTU u l-Gvern, għal ftehimiet ta’ tisħiħ fis-settur ta’ min iħaddem, fl-ekonomija Maltija.
Il-Ministru Schembri ta l-kondoljanzi lill-qraba tas-Sur Farrugia.