Fl-Amerka se jiġi ppubblikat rapport ta’ intelliġenza li mistenni jimplika lill-Prinċep tal-Arabja Sawdija fil-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fl-elfejn u tmintax.
Il-President Joe Biden qara r-rapport u mistenni jkellem lir-Re Sawdi fil-ħin li ġej.
Khashoggi nqatel brutalment fil-konsulat Sawdi f’Istanbul.
Il-Prinċep ċaħad kull involviment.
L-awtoritajiet fis-Sawdi Arabja qalu li l-mewt tal-ġurnalist hija riżultat ta’ operazzjoni li saret minn tim ta’ aġenti li ntbagħtu biex jeħduh lura lejn pajjiżu.