Raġel indarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’razzett f’Għawdex.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Merkanti f’Għajnsielem f’Għawdex meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm iddaħħal raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li sofra xi ġrieħi.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel, li għandu 61 sena u residenti l-Munxar, Għawdex, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed ġo razzett li jinstab fi Triq il-Merkanti, Għajnsielem, Għawdex.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.