Matthew Camilleri ta’ 35 sena nstab ħati li fl-14 ta’ Frar 2019 għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija żgassa l-bieb tal-komun u ta’ appartament f’Ħ’Attard u wettaq serqa flus, ġojjelli u oġġetti oħra.
Il-pulizija waslet għall-akkużat wara li eżaminat il-filmati mill-kameras tas-sigurtà. Il-vittma u oħtha wkoll identifikaw lill-akkużat u qalu li kienu rawh fl-akwati tad-dar. Saħansitra oħt il-vittma kienet ratu nieżel it-taraġ fil-komun tal-blokka.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud sabitu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u kkundannatu għal erba’ snin priġunerija. Huwa kien ordnat ukoll iħallas €1,529 fi spejjeż tal-Qorti.