Azzjoni f’ħinha wasslet biex nirien li tkebbsu fl-impjant tas-separazzjoni tal-iskart ġew ikkontrollati fi ftit sekondi.
Dan permezz ta’ ħidma sfieqa mit-tim tar-rispons tal-emerġenza li kkontrollaw in-nirien, liema nirien ġew ikkawżati minħabba separazzjoni tal-iskart mhux korretta.
F’messaġġ fuq Facebook, il-WasteServ, tenniet l-importanza dwar is-separazzjoni tal-iskart b’mod partikolari dwar rimi ta’ skart li jista’ jikkawża nirien.