Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ġie rakkomandat li jingħata l-maħfra presidenzjali biex jgħin fil-każ tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop li seħħ fl-2015.
Din ir-rakkomandazzjoni ngħatat f’laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ.
Issa jmiss lill-President tar-Repubblika li jiffirma l-proklama biex Vince Muscat jingħata l-maħfra bil-kundizzjoni li jgħin fl-investigazzjoni fil-qtil ta’ Chircop.
L-Avukat Carmel Chircop kien inqatel kiesaħ u biered b’erba’ tiri ta’ arma tan-nar f’kumpless tal-garaxxijiet f’Birkirkara fit-tmienja ta’ Ottubru tal-2015.
Il-Kabinett ma kienx approva t-talba tal-Koħħu biex jingħata l-maħfra għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Illum huwa ammetta fil-Qorti li qatel lil Caruana Galizia.
https://www.one.com.mt/2021/02/23/vince-muscat-jammetti-l-akkuzi-dwar-il-qtil-ta-dcg-3/