L-Istat Amerikan ta’ Texas qed jintalab iħallas il-maġġoranza tal-kontijiet tal-enerġija li qed jaffaċċjaw ir-residenti wara li ilhom ġimgħat jippruvaw isaħħnu djarhom fil-maltempata kiefra ta’ borra u silġ li ħakmet l-inħawi.
Xi familji saħansitra qalu li l-kontijiet tal-enerġija tagħhom qed ilaħħqu s-sittax-il elf dollaru Amerikan.
It-temperaturi f’Texas huma l-anqas li kienu f’dawn l-aħħar tletin sena, u l-kesħa li ħakmet il-biċċa l-kbira tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti, s’issa ħasdet il-ħajja ta’ 70 persuna.