Żagħżugħ ta’ 23 sena jista’ jgħoddha b’waħda wara li waqa’ f’bir fil-Miżieb.
Kien għall-ħabta tan-12:30pm li daħal rapport fis-sezzjoni taċ-Ċirkewwa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dwar persuna li waqgħet f’bir.
Minn hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili skattaw bl-operazzjoni fejn mal-wasla tagħhom ikkomunikaw maż-żagħżugħ fejn deher konxju u beda jirrispondi.
Fi ftit ħin, iż-żagħżugħ ittella’ mill-bir fejn fortunatament hu ma ġarrab ebda ġrieħi tant li rrifjuta l-assistenza medika.