Diversi kienu l-ilmenti li t-traffiku dalgħodu kien qawwi.
Bħalissa għaddej proġett ta’ sistema tal-immaniġjar tat-traffiku intelliġenti. Pajjiżna se jkollu network ta’ sinjali elettroniċi li juru messaġġ jew li jindikaw l-użu tal-lane u network ta’ cameras. B’hekk it-traffiku jkun sorveljat f’ħin reali u l-informazzjoni tgħaddi lix-xufiera dak il-ħin stess. Tibdil ieħor huwa fejn jidħlu t-traffic lights. Għaddejja ħidma biex dawn jinbidlu b’mod li eventwalment jaqilbu kulur skont kif mixtieq minn ċentru tal-kontroll.
Dawn l-aħħar jiem irriżulta li kien hemm problemi f’Tal Barrani. It-traffic lights f’din it-triq inqalbu l-ġimgħa li għaddiet, biex jiġu parti minn din is-sistema ta’ maniġjar intelliġenti tat-traffiku. Jirriżulta pero’ li kien hemm problemi bil-ħinijiet, għaliex dawn ma bdewx jaqblu ma kif kien jinbidel id-dawl fil-passat.
Illum il-kuntrattur privat għamel bdil ieħor fil-ħinijiet ta’ kif jinqaleb id-dawl, f’attentat biex dejjem ikun regolarizzat u jikkontrolla t-traffiku. Bħalissa qiegħda ssir ħidma biex dawn il-lights ikunu dejjem aktar adegwati għat-traffiku.
Jirriżulta wkoll li kien hemm bżonn aġġustamenti simili f’Ħ’Attard. Il-bqija tat-traffic lights jidher li qiegħdin jaħdmu kif kienu jaħdmu preċedentement.
Dan kollu jispjega messaġġ li bagħat sewwieq lil Transport Malta