Front Favur il-Mina ressqu numru ta’ proposti qabel il-baġit. Fil-qosor, dawn jinkludu:
L-introduzzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-lanċa
Jipproponu l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ servizz bil-vapuri għall-merkanzija bejn Għawdex u ċ-ċentru ta’ Malta. Dan iħaffef it-traffiku f’Malta, hekk kif trejlers u trakkijiet tal-merkanzija jevitaw ħafna mit-toroq fit-Tramuntana u ċ-Ċentru ta’ Malta.
Servizz mgħaġġel bil-lanċa
Il-Front jipproponi sservizz mgħaġġel bil-lanċa bejn Għawdex u ċ-ċentru ta’ Malta. Dan is-servizz jemmnu li jtaffi s-sitwazzjoni għal dawk li jaqsmu ta’ spiss, prinċipalment ħaddiema, studenti u pazjenti.
Studji
Il-Front innota li riċentement, il-Gvern ħareġ offerta għall-ġbir ta’ tagħrif ġeoloġiku għal fejn se ssir il-mina bejn Malta u Għawdex, biss jemmen li l-istudji għandhom ikunu kontinwi.