Ludvic Camilleri ta’ 44 sena tressaq il-Qorti akkużat li seraq minn sitt iħwienet. Huwa kien akkużat wkoll li wettaq danni kriminali u li huwa reċediv.
Huwa wieġeb mhux ħati u d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-biża’ li jsir reat ieħor. Qalet kif l-akkużat għandu dipendenza qawwija fuq il-Crack Cocaine u huwa għalhekk li allegatament wettaq is-serq.
Spjega wkoll kif l-akkużat mhux dejjem joqgħod fl-indirizz li ta minħabba li ġieli jagħmel żmien joqgħod f’lukanda u għalhekk ikun diffiċli għall-pulizija li jitraċċawh.
Il-Qorti wara li semgħet it-talba f’dan l-istadju ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.