It-tmexxija ta’ Facebook mhux tħalli ċittadini fl-Awstralja jxerrdu jew jaċċessaw kontenut tal-aħbarijiet, f’dak li ġie deskritt bħala attentat biex jonqos l-allarm li qed jikkawża l-aċċess għall-informazzjoni kruċjali.
Dan wara li ġiet proposta liġi li tħalli kumpaniji fil-qasam diġitali jħallsu huma għall-kuntenut.
Jidher ukoll li l-pubbliku sar jaf b’dan kollu l-Ħamis filgħodu, meta ma sabux il-paġni uffiċjali tas-siti tal-aħbarijiet tal-post u dawk internazzjonali.
Għal xi ħin ma kienx hemm lanqas aċċess għal paġni soċjali tal-Gvern tal-post, iżda Facebook ħareġ jgħid li dan kien żball.