Raġel ta’ 42 sena minn Ħal Qormi baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ Jannar, ħaraq il-vettura ta’ uffiċjal fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
L-allegat każ seħħ fi Triq San Edwardu f’Ħal Qormi.
L-imputat ġie akkużat ukoll li waqt l-arrest tiegħu fl-Għassa ta’ Ħal Qormi, darab surġent tal-Pulizija.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Ir-raġel ġie identifikat mill-investigazzjonijiet li saru mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u l-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/02/17/ragel-mistenni-jitressaq-il-qorti-mixli-bil-hruq-ta-karozza-ta-gwardjan-tal-habs/