L-eks President Amerikan Donald Trump infexx f’attakk personali lejn is-Senatur Repubblikan Mitch McConnell.
Trump qal li McConnell huwa politiku stramb u li qatt ma tarah jitbissem u li jekk is-senaturi Repubblikani se jibqgħu jappoġġjawh mhux se jerġgħu jirbħu.
McConnell li mexxa s-Senat għal snin twal kien ivvota sabiex jinħeles Trump waqt l-impeachment tiegħu l-ġimgħa li għaddiet u ftit wara tenna li Trump hu moralment responsabbli għall-irvellijiet tal-Capitol tal-Istati Uniti.
Fid-diskors tiegħu fis-Senat, huwa implika li Trump għandu jiffaċċja proċeduri kriminali u ċivili, minħabba li kien għadu responsabbli għal dak kollu li għamel waqt li kien għadu fil-kariga.