Il-Ġnus Magħquda qalet li ser tinvestiga l-każ tal-Prinċipessa Latifa, it-tifla tal-mexxej ta’ Dubai, li allegatament inżammet kontra l-volonta tagħha.
Il-Prinċipessa Latifa akkużat lil missierha li żammha ostaġġ wara li ppruvat taħrab lura fl-2018.
F’filmati li saru bil-moħbi u li ġew mxerrda lil midja, il-Prinċipessa Latifa qalet li qed tibża’ għall-ħajjitha.
Il-filmat wera tfajla anzjuża u s-swaba’ kollha qed jippuntaw lejn ix-Sheikh Mohammed bin Rashid Al Maktoum.
Dan il-mexxej għandu rabtiet mal-familja rjali Ingliża.