L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem ħarġet bil-qawwi kontra l-implimentazzjoni tad-direttiva tar-‘Right to Disconnect’ f’Malta.
Fi stqarrija l-MEA qalet li jeħtieġ l-ewwel tintemm id-diskussjoni bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew qabel ma nħarsu lejn l-implimentazzjoni ta’ direttiva li tagħti ċ-ċans lill-ħaddiem jinqata’ mill-mezzi elettroniċi li jżommuh għaddej jaħdem.
L-assoċjazzjoni qalet li jeħtieġ ikun hemm iżjed studji biex naraw kif din id-direttiva se tolqot lis-settur pubbliku u dak privat.
L-MEA qalet li d-direttiva għandha tħares lejn in-natura tax-xogħlijiet u r-responsabilitajiet li jkollu l-ħaddiem.