Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ mill-għoli f’Selmun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofsinhar meta raġel waqa’ f’toqba miftuħa waqt li kien miexi fl-inħawi ta’ Fortizza Campbell f’Selmun. Minnufih skattat operazzjoni ta’ salvataġġ mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Huwa mifhum li r-raġel kiser saqajh bil-waqa’. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post.