Raġel ta’ 31 sena mir-Rabat qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa fis-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar fi Vjal Ragusa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Mitsubishi L200 Warrior, misjuq minn raġel ta’ 64 sena mill-Mosta, u mutur Muz Baghira, misjuq mill-vittma.
Il-vittama ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.