Il-Pulizija qed tissuspetta li Lamir Mohammed ta’ 29 sena ngħata daqqa ta’ sikkina f’għonqu wara li kkonverta mill-Iżlam għall-Kristjaneżmu. Fil-Qorti surġent tal-pulizija xehed li Lamir kien qal mal-pulizija li nhar is-26 ta’ Jannar hu kellu jiltaqa’ ma’ raġel ieħor biex jitħallas xi flus iżda meta mar fil-Garaxx fil-Mosta sab lill-akkużat Simar Halil Hannan ta’ 26 sena.
Is-Surġent spjega kif Lamir kien qalilhom li fis-Sirja hemm prattika li jekk toqtol persuna li tkun telqet l-Iżlam ikollok garanzija li tmur il-ġenna wara mewtek.
Madankollu l-persuna li kellu jiltaqa’ miegħu qal mal-pulizija li hu kien jafu xi flus u kien laqtu bi żball waqt li kien qed jaħdem.
L-Avukat li qed jidher għall-allegat vittma insista li l-prosekuzzjoni żżid l-akkuża ta’ attentat ta’ qtil mal-akkużi u qal li l-klijent tiegħu kien qed jgħix f’biża’ minn dawn l-irġiel.
Il-Maġistrat Mifsud ra li l-vittma jkun protett b’ordni tal-Qorti hekk kif l-akkużat jinsab meħlus mill-arrest.