Sewwieq ta’ mutur l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa ttieħed l-isptar Mater Dei għal kura wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Kymco Agility, li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip Lexus is220, li kienet qed tinstaq minn Sirjan ta’ 25 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:00 ta’ filgħaxija fi Triq l-Ewwel Titjira 1915.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.