In-numru ta’ persuni fl-isptarijiet minħabba l-COVID-19 qed jonqos, bħalma qed jonqsu wkoll il-każijiet pożittivi fost l-anzjani, inkluż dawk fid-djar tal-anzjani.
Fil-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar jiem kien hemm titjib qawwi fis-sitwazzjoni tal-imxija riżultat anki tat-tilqim li qed isir, b’mod partikolari fost l-anzjani.
Qalet li kważi l-anzjani kollha fid-djar tal-anzjani ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin u dan l-iżvilupp qed iħalli l-frott hekk kif l-infezzjonijiet il-ġodda kienu biss fi tliet djar tal-anzjani.
Il-Professur Gauci qalet li f’dar minnhom kien hemm biss tliet każijiet biss tal-Coronavirus.