Fi stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa, ġiet ippubblikata l-lista aġġornata ta’ pajjiżi li kull minn jiġi minnhom, irid jipprovdi test negattiv tal-COVID-19, mhux aktar minn tnejn u sebgħin siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.
Min jasal Malta minn xi wieħed minn dawn il-pajjiżi u ma jipprovdix test, jista’ jintalab jagħmel test f’Malta jew ikun soġġett għal kwarantina.
Lista riveduta ta’ pajjiżi:
L-Andorra
L-Awstrija
Il-Belġju
Il-Bulgarija
Ċipru
L-Estonja
Franza
Il-Ġappun
Il-Ġermanja
Il-Ġordan
Il-Greċja
L-Indoneżja
L-Irlanda
L-Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja)
Il-Kanada
Il-Kroazja
Il-Latvja
Il-Libanu
Il-Liechtenstein
Il-Litwanja
Il-Lussemburgu
Il-Marokk
Monaco
L-Olanda
Il-Polonja
Il-Portugall (l-ajruporti kollha minbarra Madeira u Azores)
Ir-Repubblika Ċeka
Ir-Rumanija
San Marino
Slovakkja
Is-Slovenja
Spanja (l-ajruporti kollha minbarra Canarias)
L-Iżvezja
L-Iżvizerra
It-Tajlandja
It-Tuneżija
It-Turkija
L-Ungerija
L-Urugwaj
Il-Vatikan
Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ is-Sibt 13 ta’ Frar 2021 f’nofs il-lejl.