L-Aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Moody’s tat ċertifikat pożittiv lill-governazna f’Malta, tant li fi kliemha, pajjiżna jgawdi minn ambjent istituzzjonali b’saħħtu “on the whole, the country benefits from a strong institutional environment”, li jibbilanċja r-riskji ambjentali u soċjali li hu espost għalihom pajjiżna: “balanced by a very strong governance profile”.
Fir-rapport tagħha, Moody’s innotat tliet fatturi prinċipali li huma riflessi fir-rating li tat lil pajjiżna, fosthom it-tkabbir ekonomiku bla preċedent li pajjiżna esperjenza fl-aħħar snin “track record of strong economic growth” kif ukoll il-fatt li l-familji Maltin u Għawdxin qed ikollhom aktar flus fi bwiethom “elevated wealth levels”, u għalhekk huma reżiljenti għal xokkijiet ekonomiċi. Moody’s innotat ukoll li l-piż tad-dejn nazzjonali huwa moderat u hemm likwidità biżżejjed biex jinqdew il-bżonnijiet finanzjarji tal-Gvern.
L-esperti ta’ Moody’s huma wkoll kunfidenti li l-ekonomija Maltija se tkompli tirkupra u l-finanzi pubbliċi se jkunu taħt kontroll wara l-pandemija.
“Malta’s economy will be able to recover without significant lasting scars and that its public finances will be brought under control following the pandemic”.
Ir-rapport jesprimi wkoll fiduċja li l-Gvern se jkompli bil-bidliet li hemm bżonn biex isaħħaħ aktar l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, u b’hekk, tistenna wkoll li r-rating ta’ Malta jkompli dejjem jitjieb “would also be supportive of an upgrade of the rating”.
Ir-rapport jinnota wkoll li Malta għandha l-ogħla rata ta’ tilqim ras għal ras fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u aktar mid-doppju tal-medja Ewropea. Barra minn hekk, jirrimarka kif ir-rata ta’ infezzjonijiet naqset wara l-implimentazzjonijiet ta’ miżuri ġodda.
Fuq Twitter, il-Prim Minsitru Robert Abela laqa’ dan ir-rapport, u qal li r-riformi li qed jagħmel dan il-Gvern qed jagħmlu differenza.
Our #reforms are making a difference. Latest @MoodysInvSvc’s assessment states 🇲🇹 has a “strong institutional framework” and a “very strong #governance profile”. They also expect our #economy and public #finances to recover soon.
Team #Malta 🇲🇹:Towards a new prosperity. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) February 10, 2021
Fi stqarrija l-Gvern laqa’ l-aħħar analiżi pożittiva mingħand Moody’s, u qal li fix-xhur li ġejjin il-ħidma se tkompli biex ir-reżiljenza ekonomika ta’ pajjiżna tkompli tissaħħaħ, u l-istituzzjonijiet jibqgħu jiġu mtejba.