Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u sitta u erbgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mitejn u żewġ każijiet minn fost tlett elef, mitejn u sitt testijiet.
Dan ifisser li tlieta u disgħin punt sebgħa fil-mija mija tat-testijiet li saru ġew negattivi u sitta punt tlieta fil-mija ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru aktar minn sitt mija u disgħa u tletin elf, disa’ mija u ħamsa tletin test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw wieħed u erbgħin elf, mitejn u ħamsa u tmenin tilqima. Minnhom, ħdax-il elf, u ħamsin persuna, ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ anzjani li kienu pożittivi għall-Covid-19 fosthom anzjana ta’ ħamsa u tmenin sena u anzjan ta’ wieħed u tmenin sena.