Raġel tilef ħajtu wara li waqa madwar sitt sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq is-Silla, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel mill-Mali residenti Ħaż-Żabbar waqa’ madwar 6 sulari għoli.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jagħti l-ewwel għajnuna imma sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.