Tħabbret il-mewt tad-Dulċier Neriku Zammit fl-età ta’ 84 sena.
Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali taw il-kondoljanzi tagħhom lill-ħbieb u l-qraba ta’ Neriku Zammit.
In-neputi ta’ Neriku Zammit kiteb li intraprenditur ta’ vera ħalla din id-dinja għall-post aħjar.
Qal li Neriku għallmu ħafna fosthom li n-nies jaħdmu miegħek u mhux għalik.
Neriku Zammit kien waqqaf il-kumpanija li llum hija rinomata għall-ikel u l-ħelu fl-1969.
Huwa kien beda jbigħ dik magħrufa mal-Ingliżi bħala l-‘fish & chips’ fil-Belt.
Neriku kien l-ewwel wieħed f’pajjiżna li investa f’magna li tagħmel ir-ravjul.