Id-diplomatiku Iranjan Assadollah Assadi instab ħati li kien il-moħħ wara l-pjan li jibbumbardjaw rally Franċiża f’Ġunju tal-2018 mtella’ mill-grupp tal-oppożizzjoni.
Assadi li jaħdem fl-Ambaxxata Iranjana fi Vjenna ingħata sentenza ta’ 20 sena priġunerija mill-Qorti Belġjana.
Din hija l-ewwel darba li uffiċjal Iranjan affaċċja akkużi bħal dawn fl-Ewropa, mir-revoluzzjoni tal-1979 l’hawn.
Intant tlieta oħra li kienu kompliċi nstabu wkoll ħatja u ġew arrestati waqt operazzjoni konġunta bejn il-pulizija Ġermaniża, Franċiża u Belġjana.
Għexieren ta’ eluf ta persuni kienu attendew għal din ir-rally barra l-kapitali Franċiża fosthom diversi Iranjani u l-avukat ta’ Donald Trump, Rudy Giuliani.
Il-verdett ingħata ġimgħat biss wara li Joe Biden inħatar President tal-Amerika bl-Iran tittama li Biden jbiddel uħud mis-sanzjonijiet imposti fuqhom mill-pedeċessur tiegħu.
Franza tefgħet fuq ministeru Iranjan u l-ministeru rrisponda billi ffriża l-assi ta’ żewġ uffiċjali Iranjani.
Il-provinċja ta’ Tehran insistiet li l-plot kien wieħed fabrikat.