L-Erbgħa, Pete Buttigieg ta’ nisel Malti ħa l-ġurament bħala d-dsatax is-Segretarju għat-Trasport tal-Amerka. Buttigieg ħa l-ġurament quddiem il-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris.
L-eks sindku ta’ South Bend Indiana ħa l-ġurament wara li s-Senat Amerikan ikkonferma lil Buttigieg, hekk kif ġie konfermat b’maġġoranza assoluta ta’ 86 vot favur tlettax-il vot kontra.
Fuq il-midja soċjali, il-Viċi President Harris awgurat lil Pete Buttigieg, fejn qalet li huwa se jsaħħaħ l-infrastruttura tal-Istati Uniti.
This morning, I swore in Pete Buttigieg as Secretary of Transportation. Secretary Buttigieg is a true problem-solver. He…
Posted by Vice President Kamala Harris on Wednesday, February 3, 2021