Studju dwar il-vaċċin żviluppat minn Oxford u AstraZeneca juri li l-istess vaċċin mhux biss jipproteġġi lil min ikun imlaqqam, imma anke jnaqqas it-tixrid tal-virus.
Il-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock qal li l-istudju juri li l-vaċċin huwa t-triq ‘il quddiem biex ngħelbu l-isfida tal-pandemija. Hancock sejjaħ dan l-istudju bħala wieħed inkoraġġanti għaż-żmien li ġej.
Din hija l-ewwel darba li vaċċin wera li jista’ jnaqqas ukoll it-trasmissjoni tal-virus, għalhekk il-vaċċin tal-AstraZeneca se jkollu impatt akbar fil-ġlieda kontra l-COVID-19.