Kien il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 1995, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija meta ġewwa baċir numru 3, seħħet splużjoni li dwiet mal-Kottonera u f’postijiet oħra madwar Malta.
Din l-isplużjoni seħħet fuq it-tanker Libjan Um El Faroud, li ħasdet il-ħajja ta’ 9 persuni.
Din l-isplużjoni ħadet il-ħajja ta’ Carmelo Callus, George Aquilina, Simon Pisani, Mario Hales, Angelo Sciberras, George Xuereb, Paul Seguna, Anthony Vassallo u Simon Mifsud, li marru biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum u ma rritornawx lejn djarhom.
Sena ilu, kwart ta’ seklu wara din it-traġedja, ONE News niżel ġewwa Bormla, viċin it-tarzna fejn iltaqa’ ma’ omm wieħed mill-vittmi. Omm Simon Mifsud, Tonina spjegatilna li ħebritha qalbha u ħasset li binha kien fil-karozza tal-mejtin.
Ara s-servizz li ONE News xandar sena ilu.