Miet il-Kaptan Sir Tom Moore, il-veteran tal-gwerra li ġabar tlieta u tletin miljun sterlina għas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa fir-Renju unit.
Hu miet waqt li kien pożittiv għal-Coronavirus. Jidher li hu kien qed jingħata l-kura għal kundizzjoni oħra ta’ saħħa qabel ma rriżulta fil-pożittiv għall-COVID-19.
F’Lulju li għadda f’Windsor Castle saret investitura privata fejn ir-Reġina għamlitlu Kavallier.