Il-Pulizija Russa qed iżżomm aktar minn mitejn persuna li kienu barra Qorti f’Moska, fejn kien qed jinstema’ l-każ kontra l-kritiku tal-Gvern Alexei Navalny.
Hu qed ikun akkużat li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża li ngħatat fl-2014, wara li ma baqax jirrapporta b’mod regolari lill-Pulizija Russa kif kien mitlub minnu.
L-avukati tiegħu qed jgħidu li l-akkużi kontra Navalny huma assurdi minħabba l-fatt li għall-aħħar xhur kien qed jingħata l-kura f’Berlin, wara li kien ġie vvalenat bin-Novichok.
Fil-Qorti, Navalny qal li l-President Vladimir Putin hu resposnabbli għall-attakk fuqu.