Francis Frendo ta’ erbgħa u ħamsin sena u George Debono ta’ sebgħa u erbgħin sena nstabu ħatja talli fl-elfejn u sitta kienu f’pussess ta’ flus foloz fost oħrajn.
Fil-Qorti nstema kif iż-żewġ imputati ma reġgħux xellfu difrejhom mal-ġustizzja mindu ġew arrestati fl-elfejn u sitta, tant li dawn tejbu ħajjithom ferm.
Għalhekk, George Debono ingħata sentenza ta’ sena probation, filwaqt li Francis Frendo ingħata sentenza ta’ sentejn probation minħabba li kien riċediv.
Il-Qorti ordnat li Frendo jfittex għajnuna sabiex jindirizza l-problema ta’ abbuż mid-droga.