F’dan tmiem il-ġimgħa il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, laqqa’ l-attivisti u uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista fejn il-messaġġ ewlieni tiegħu reġa’ kien li l-elezzjoni ġenerali tinsab wara l-bieb.
Issa dalgħodu qed ilaqqa’ l-grupp parlamentari f’Marsaxlokk u ladarba l-elezzjoni qiegħda qrib – dejjem skont il-Kap – ħaseb li jkun għaqli li l-laqgħa tal-lum tal-grupp parlamentari tibda b’quddies.
Id-deputati nazzjonalisti bdew jaslu f’Marsaxlokk ftit wara t-8.30 am b’wieħed wara l-ieħor jimxu lejn il-bieb ewlieni tal-kappella li sabuh magħluq u għalhekk imbagħad għaddew għall-wara minn fejn sabu d-dħul għaċ-ċentru tal-irtiri tal-patritjiet.
Fost l-ewwel li ħasbulu kien hemm Charlo Bonnici, Claudio Grech, Claudette Buttigieg u David Agius.