Eritrean ta’ tmintax-il sena, li l-pulizija qalet li kmieni dalgħodu pprova jisraq minn dar il-Marsa, ttieħed l-isptar għall-kura wara li aktar tard ipprova jweġġa’ lilu nnifsu.
Fi stqarrija l-pulizija qalet li għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ dalgħodu l-pulizija ġiet infurmata mir-residenti ta’ dar fit-Telgħa tal-Ġiżwiti li kien hemm bżonn l-għajnuna hekk kif kien hemm suspett qawwi li xi ħadd daħal jisraq.
L-Eritrean inqabad mill-pulizija fil-bitħa tad-dar u hekk kif il-pulizija ordnawlu biex jieqaf, ir-raġel qabad martell u beda jersaq lejn l-pulizija filwaqt li jheddihom bih.
Minħabba li l-ordnijiet biex jieqaf ġew injorati, kellu jintuża taser gas sabiex ir-raġel jiġi kkontrollat u arrestat.
Huwa mifhum li l-Eritrean kellu fuqu sustanza li x’aktarx hija kannabis.
Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, fiċ-ċella, l-Eritrean pprova jweġġa’ lilu nnifsu u b’intervent f’waqtu mill-pulizija twaqqaf.