Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u wieħed u erbgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija u erbgħa u għoxrin każ minn fost 3,037 test.
Dan ifisser li sitta u disgħin fil-mija tat-testijiet li saru ġew negattivi u erbgħa fil-mija ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru sitt mija u ħmistax-il elf, sitt mija u sbatax-il test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw sebgħa u għoxrin elf, sebgħa mija u disgħa u ħamsin tilqima.
Minnhom, tliet elef, disa’ mijja u tmienja u erbgħin ħadu t-tieni doża.
Intant, anzjan ta’ wieħed u tmenin sena u anzjana ta’ tmienja u tmenin sena mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19.