Clayton Fava ta’ 32 sena li jgħix Ħaż-Żabbar inżamm taħt arrest wara li wieġeb ħati li fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu tal-25 ta’ Jannar għamel ħsara fuq ħames vetturi pparkjati f’Ħaż-Żabbar bil-għan li jisraq minn ġo fihom.
Id-Difiża appellat għal sentenza sospiża, iżda minħabba n-natura riċediva tal-imputat, din it-talba ġiet miċħuda. Intalab ukoll biex l-imputat jingħata l-kura u l-għajnuna għall-vizzju tad-droga, li ntqal ukoll li kien ir-raġuni għal dan ir-reat.
Is-sentenza se tinqata’ fit-8 ta’ Frar.